Ħelu Bambin


DWARNA

Inselmilkom.

Nibda biex nirringrazzjakom talli qed tieħdu mill-ħin tagħkom biex taqraw dan kollu. Nippreżentalkom l-istorja kollha madwar il-“Ħelu Bambin”, biex tkunu tafu kif wasalna s’hawn.

Jien Patri Franġiskan Konventwali u nistedinkom tfittxuni fuq facebook ukoll jekk tridu, taħt dan l-isem – Fr George Ocar Buttigieg! Il-mużika għalija hi parti sostanzjali minn ħajti minn dejjem, apparti li qabel ma dħalt il-Kunvent kelli diġa esperjenzi fiha, dik ta’ DJ il-Grotta, Għawdex, kantant, kantawtur ukoll u issa li qed naħdem fl-għalqa tal-Mulej, Hu użani diġa’ f’dan ix-xogħol ukoll. Insemmilkom dawn il-proġetti li dawn l-aħħar snin għamilt fil-mużika.

1) “Sħaħ fil-Fidi”, l-Innu għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2011 flimkien mal-KDZ, maqlub mill-Ispanjol minn Miss Gabriella Farrugia, adattata u prodotta minni, u kantata minn Thea Garret, li mbagħad ġiet esebita f’Madrid ukoll miż-żgħażagħ mal-Papa.

2) “Familja Fjur”, song f’forma ta’ talba għall-familja li għamilna għall-Festa Familja tal-istess sena bħala t-Theme Song u mxandra fuq radios u stazzjonijiet Maltin, mużika ta’ Andrew Zammit u kliem tiegħi, kantata minn diversi kantanti stabbiliti Maltin.

3) Jum Dinji taż-Żgħażagħ Rio 2013, “Tama ta’ Għodwa” li mbagħad ġiet esebita fil-Belt tal-Brażil ukoll mal-Papa u mat-3,000,000 żgħażagħ li nġabru f’Lulju tal-istess sena, maqluba mill-Portugiż minn P. Ugolin Mairja Xerri, adattata u prodotta minni, kantata minn diversi kantanti żgħażagħ Maltin għall-okkażjoni.

Aqra aktar ››