Ħelu Bambin


Diċembru 2018

Kunċert u tnehdija tas-CD Ħelu Bambin 4 CD Compilation tal-Milied għad-Dar tal-Providenza

Nhar l-Erbgħa 5 ta’ Diċembru, 2018 saret it-tnedija tar-raba’ CD fis-sensiela ta’ CDs li jiġbru kant tal-Milied b’arranġament tal-mużika ta’ Andrew Zammit. Il-produzzjoni u l-lirika huma ta’ Patri George Ocar Buttigieg OFMConv.

Għadd ta’ kantanti stabbiliti Maltin taw sehemhom f’din is-CD li tista’ tiġi akkwistata għal donazzjoni ta’ €10 b’risq Id-Dar tal-Providenza mill-ħwienet reliġjużi ewlenin li għad baqalhom ukoll kwantità limitata ta’ Ħelu Bambin CD 2 u 3.

Saru arranġamenti ma’ TVM biex dan il-kunċert, li ġie rrekordjat fl-istudios ta’ WE, jixxandar fuq TVM2 nhar il-Milied fl-10.00am b’ripetizzjoni lejlet l-ewwel tas-sena fid-8.45pm.

B’kollox din il-Ħelu Bambin 4, CD ġabra fih għoxrin kanzunetta tal-Milied. L-għan prinċipali hu li jixxandar il-messaġġ ewlieni li għalih aħna niċċelebraw il-Milied. Il-Milied hu kollu hu kemm tal-Bambin Ġesù u għandna nippruvaw negħlbu l-indifferenza li teżisti biex inwasslu l-possittività tal-Milied f’qalb kulħadd.

Posted in News on December 19, 2018.