Ħelu Bambin


DWARNA #2

4) Is-sena 2013, kienet l-100 Anniversarju tal-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali u tal-Innu Ewkaristiku, “Nadurawk Ja Ħobż Tas-Sema”, li għalih għamilna kanzunetta innu ta’ tifkira, “Dija tad-Dinja”, mużika ta’ Andrew Zammit u kliem tiegħi, imnedija nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju tal-istess sena, fil-Belt Valletta waqt Konċelebrazzjoni Djoċesana mal-Knisja Maltija kollha!

Ma’ dan kollu, għall-Milied tal-2011, flimkien mal-persuni (hawn taħt imsemmija) rajna li għandna nagħmlu song Natalizja u hekk ħarġet “Ħelu Bambin”, għall-mużika ta’ Andrew Zammit, kliem tiegħi, kantata minn Chiara u Ludwig Galea, akkumpanjata minn video ta’ Angie Laus u Charles Ahar mill-‘WEMedia’, li kienet suċċess istantanju u bla mistenni.

Ridna li dan kollu jkun mogħti lill-karità. Għalhekk Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, aċċettat li kull qligħ ta’ dan il-proġett imur għal dawn ħutna residenti fid-dar. Din is-sena, 2015, ħabat il-50 anniversarju mit-twaqqif tad-Dar tal-Providenza u għalhekk għamilna kanzunnetta ta’ tifkira għal dan il-għan, “Id-Dar”, mużika ta’ Andrew Zammit u kliem tiegħi, u għall-video tagħha l-istess Angie Laus ipproduċietu ukoll!

Għal dan l-iskop kollu, sa minn Jannar 2012, inħoloq tim ta’ nies li jiltaqgħu minn xahar għall-ieħor, jagħmlu l-kuntatti kollha possibbli u meħtieġa, jattendu għal meetings varji, kif ukoll bħala support għal dan il-proġett, anke dan il-website stess, ma kienx ikun possibbli kieku sa mill-bidu nett ma kienx għal dawn il-membri u bla ma nsemmihom, nirringrazzjahom ilkoll.

<< Mur lura  Aqra aktar ››