Ħelu Bambin


Jannar 2017

Il-compilation ta’ Ħelu Bambin 3 – CD tal-Milied laħqet l-għan aħħari tagħha. Dan kollu grazzi għal dawk kollha li akkwistaw kopja tas-CD u l-isponsors li għenu biex inġabret is-somma rekord ta’ €15,450.00 ippreżentata fl-1 ta’ Jannar 2017 waqt il-Festa ta’ Ġenerożità għad-Dar tal-Providenza, ġewwa l-istess dar, fis-Siġġiewi. Tajjeb ngħidu li din is-somma għadha qed tikber għaliex kull min jixtieq, għadu fiċ-ċans li jakkwista kopja tat-tieni u t-tielet CD minn diversi outlets, dejjem għal donazzjoni ta’ €10 għad-Dar tal-Providenza.

Minn hawn nirringrazzjaw lil kulħadd ta’ dan kollu u nistiednu lil dawk kollha li m’għandhomx dawn is-CD’s biex jakkwistawhom minnufih. Nixtiequ nawguraw s-Sena t-Tajba lis-segwaċi ta’ Ħelu Bambin – sena mimlija hena, paċi, ġid u barkiet mimlija dejjem bil-Bambin!

Grazzi.

 

Posted in News on January 16, 2017.