Ħelu Bambin


Jannar 2018

Filwaqt li nirringrazzjaw lil kulħadd tal-għajnuna li erġajtu urejtu mad-Dar tal-Providenza, b’ġabra record oħra, Nhar l-1 ta’ Jannar 2018, nixtiequ nirringrazzjaw lill-istess Dar talli għal darb’oħra reġgħet laqgħet l-istedina minn naħa tagħna, ta’ Ħelu Bambin, biex din is-sena nkomplu mas-serje ta’ CD’s li għamilna sa issa, jiġifieri bli jmiss, Ħelu Bambin 4: Ġabra oħra, b’kantanti stabiliti Maltin u Għawdxin u b’20 kanzunetta ġodda oħra! Nistednunkom minn issa ħalli żommu kuntatt magħna u tkomplu isegwuna kemm minn hawn, kif ukoll minn Facebook, ħalli b’hekk taġġornaw rwieħkom dwar dan kollu!

Grazzi u l-Bambin iberikkom dejjem.

Posted in News on January 23, 2018.