Ħelu Bambin


MERĦBA

Merħba

“Ħelu Bambin” hija kanzunetta tal-Milied imnedija fl-2011, b’messaġġ ewlieni li l-Milied huwa kollu kemm hu tal-Bambin Ġesù.

Għall-mużika ta’ Andrew Zammit u kliem ta’ Fr George Ocar Buttieġieġ, ikantaw Chiara u Ludwig. Fl-istess ħin sar video ukoll għaliha, produzzjoni ta’ Angie Laus għall-WEMedia, miġbud minn Charles Ahar.

Il-Mulej bagħat lil Kristu Ġesù bħala għotja ta’ karità lid-dinja biex permezz Tiegħu isalva lid-dinja. L-awtur, din id-darba ried li din tkun għotja ta’ benefiċenza lil nies li huma fil-bżonn ġewwa d-Dar tal-Providenza. Għalhekk, dan ser ikompli jinża’ mis-sens kummerċjali kollu biex ikun biss għotja ta’ karità vera Kristjana.

Nippreżentawlkom din il-kanzunetta tal-Milied, għad-Dar tal-Providenza, “Ħelu Bambin” u nistednukom biex issa tkomplu tistħarrġu dan is-sit.

Grazzi.

It-Tim tal-Produzzjoni.