Ħelu Bambin


Novembru 2018

F’inqas minn xahar ieħor, ikollna t-tnedija tas-CD, “Ħelu Bambin 4 CD Compilation tal-Milied Għad-Dar Tal-Providenza”. B’linja ta’ kanzunetti tal-Milied maqluba għall-Malti għall-ewwel darba u xi oħrajn popolari Maltin, kantati minn kantanti stabbiliti mix-xena lokali. B’kollox insibu 20 kanzunetta tal-Milied, fosthom il-protagonista, “Ħelu Bambin”. Fil-5 ta’ Diċembru ser jiġi mniedi dan is-CD fl-Studios tal-Wemedia, Ħal Qormi, iffilmjat hemm stenn u wara ser ikun imxandar fuq l-istazzjonijiet tal-PBS fil-jiem tal-Milied. Minn dakinhar ‘il quddiem, tkunu tistgħu takkwistaw dan is-CD għal donazzjoni ta’ €10 biss mill-ħwienet ewlenin reliġjużi u mill-Kunventi tal-Franġiskani Konventwali kollha, fejn wara dan, id-dħul kollu jmur għad-Dar tal-Providenza, liema ammont ikun ippubblikat waqt il-Festa ta’ Ġenerożità li ssir nhar l-1 ta’ Jannar ġewwa d-Dar tal-Providenza stess quddiem il-pubbliku inġenerali u t-telespettaturi kollha li jkunu qed isegwu minn fuq l-istazzjonijiet kollha Maltin dakinhar stess. Għalhekk komplu segwuna kemm minn hawn il-Wbesite, minn Facebook, Twitter, Instagram kif ukoll minn fuq il-YouTube ukoll għal aktar aġġornamenti u tagħrif ta’ interess dwar dan is-CD, “Ħelu Bambin 4”.

Grazzi ta’ kollox.

Posted in News on November 7, 2018.