Ħelu Bambin


Settembru 2018

Nirringrazzjaw lil kulħadd tar-rispons li dejjem nirċievu dwar il-kanzunetti u l-istorja kollha ta’ Ħelu Bambin. Bħalissa għadejjin bir-recordings u l-preparamenti kollha meħtieġa għas-CD li jmiss, “Ħelu Bamin 4”, illi tistgħu taraw fil-portali l-oħra tal-internet, Facebook, Twitter u Instagram, fejn tara fost l-oħrajn il-parteċipanti illi s’issa se jieħdu sehem. Fadal, ir-recording għadu għaddej u għalhekk nistednukom tkomplu iseggwuna minn hawn ukoll!

Navzawkom ukoll illi t-Tnediha tas-CD 4 ser tkun nhar il-Erbgħa 5 ta’ Diċembru ġewwa l-studios tal-WE, aktar informazzjoni natuhielkom aktar il-quddiem. Sadanittant żommu kuntatt magħna ħalli nkomplu nxerrdu din il-ħidma b’għan ġenwin għad-Dar tal-Providenza u għall-Glorja tal-Bambin Ġesù.

Grazzi ħafna lil kulħadd.

Posted in News on September 12, 2018.