Ħelu Bambin


DWARNA #3

Nirringrazzjaw ħafna lil dawn kollha ta’ hawn fuq, lill-Patrijiet Superjuri, Komunitajiet u ĊAK tal-Franġiskani Konventwali, dawk kolha fil-PMS, Media Centre, Reciprocal Records, WEMEdia u fid-Dar tal-Providenza; lil Rev. Fr. Edmund Teuma OFMConv u lis-Sur Richard Vassallo (Logutenent fil-FAM) għall-ortografija, Tonio Bonello għall-RTK, lill-Parruċċjani u Komunità kollha tagħna, lill-benefatturi tal-ġenerożità kollha tagħhom u fl-aħħar u żgur li mhux l-inqas lill-familja tiegħi kollha.

Fuq dawn ilkoll inrodd ħajr minn qiegħ qalbi u b’ħajti kollha lill-uniku mħabba tiegħi l-Mulej Sidna Kristu Ġesù l-Ħelu Bambin, grazzi lilu li tani kull forza u rieda biex ġie mwettaq għaliH dan kollu u lill-Għażiża Ommu Sidtna Marija u l-Anġli u l-Qaddisin kollha! Dan kollu ġie magħmul għall-Glorja Tiegħu.

AMEN! HALLELUJAH!

Kunu Imbierka – KI+++
Fr George Ocar Buttigieg OFMConv

<< Mur lura